Imnarja Program 2014

L-IMNARJA

Programm ta’ attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali tan-Nadur fl-okkażjoni tal-Festa Tradizzjonali tal-Imnarja 2014

 

18 ta’ Gunju    8.30p.m. Wirja ta’ Arti Sagra

                        Ftuh ta’ Wirja ta’ Arti Sagra – TEŻORI TA’ FIDI, fis-‘Sala Joe Tabone’ fil- bini tal-

Kunsill Lokali, mis-Sindku Charles F. Said. Wara Mons.Arċipriet Jimmy Xerri

jbierek din l-esibizzjoni u jsir riċeviment.

 

19 ta’ Gunju    8.30p.m. Festa Tfal

                        Tiġi organizzata Festa Tfal fi Pjazza San Pietru u San Pawl. Attivita’ għat-tfal

kollha Nadurin li tkun tinkludi numru ta’ attrazzjonijiet, bħal Bouncing Castles, Mega slide, Go-Karts, Spinner, Gladiator duel, Face painting, Cartoon Characters,

Ecc. Dawn l-attrazzjonijiet ikunu kollha bla ħlas bħala offerta mill-Kunsill Lokali fl-okkażjoni tal-festa. Jitqassmu wkoll refreshments u snacks lit-tfal kollha preżenti. Jkun hemm ukoll Balloon Modelling by Mr.Remy, kif ukoll spettaklu ta’ talent minn tfal Nadurin.

 

20 ta’ Gunju    8.30p.m. Żgħazagh Fest

Fi Pjazza 28 t’April 1688, issir l-attivita Żgħaħagħ Fest għaż-żgħażagħ Nadurin. Attivita’ mtella’ miċ-Ċentru Parrokkjali ‘Papa San Gwanni Pawlu II’ u l-Kunsill Lokali.

 

21 ta’ Gunju    6.30p.m. Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat

Fi Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri jsir ftuh tal-Wirja Agrarja u ta’ artiġjanat. Jiġu esibiti frott, ħxejjex, għodod u oġġetti tal-biedja kif ukoll artiġjanat Naduri. Tittella’ serata ta’ divertiment kif ukoll jiġi servut ikel tipiku Malti flimkien ma’ nbid lokali. Jieħdu sehem fost l-oħrajn diversi għannejja, l-Imnarja Folk Group u Benny u Tonia.

 

22 ta’ Gunju    7.30a.m. Tkompli l-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat

                        Fi Pjazza l-Arcipriet Dun Martin Camilleri tkompli l-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat

                        bis-sehem tal-Aurora Folk Group.

                        11.00a.m. Isir it-tberik tal-annimali u pets mill-Arċipriet tal-Parroċċa, Mons.

                        Jimmy Xerri u wara jitqassmu r-rigali ta’ tifkira mis-Sindku Charles F. Said lil dawk

                        kollha li ħadu sehem.

 

23 ta’ Gunju    8.30p.m. Kunċert tat-Triq

                        Għotja mill-Kunsill Lokali. Kunċert mill-PUSE fi Pjazza San Pietru u San Pawl.

 

24 ta’ Gunju    8.30p.m. Programm Mużikali Annwali

Bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill lokali tan-Nadur, Programm Mużikali mill-Banda Mnarja fi Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri bl-isem ta’ Big Band Adventures. Jidderieġi dan il-programm mużikali s-Surmast Direttur tal-Banda Mro. Joseph Grech.

 

25 ta’ Gunju   8.30p.m. Ikla Tradizzjonali tal-Imnarja

Fi Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri issir l-Ikla Tradizzjonali tal-Imnarja bis-sehem ta’ diversi gruppi folkloristiċi u mistiedna speċjali, fosthom, l-Imnarja Folk

Group, the Dancing Point Dance Theatre, The Gozo Boy, Elaine Haber u Gianluca Bezzina. Jippreżentaw u jieħdu sehem bil-kant taghhom il-Green Fields. F’din il-lejla, numru ta’ karozzini jkunu disponibbli għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu dawra bihom mat-toroq prinċipali tan-Nadur.

 

28 ta’ Gunju    2.00p.m. Tiġrija Tradizzjonali

Fi Triq Ta’ Xħajma ssir it-Tiġrija Tradizzjonali taż-żwiemel, bil- parteċipazzjoni ta’ ġerrejja minn Għawdex u minn Malta.

 

30 ta’ Gunju    8.30p.m. Xalata tal-Festa

Fi Ġnien il-Kunsill tittella’ attivita’ soċjali ta’ divertiment ta’ l-għaqda tal-festa għall-familja kollha.

 

Is-Sindku, Charles Said, il-Kunsilliera flimkien mall-istaff kollu, jawguraw il-festa t-tajba lir-residenti kollha tar-raħal tan Nadur.

                                                                                                                                               

 

FacebookTwitterDiggDeliciousStumbleuponGoogle BookmarksRedditLinkedinMixxRSS Feed