Night Walk

NIGHT WALK

Nhar il-Ħamis 13 ta’ Novembru 2014 ser tiġi organizzata Night Walk , għat-tfal, ġenituri u residenti kollha tan-Nadur. Tfal ta’ taħt it-tmien snin jistgħu jiġu biss jekk ikunu akkumpanjati mill-ġenituri taghhom . Niltaqgħu ħdejn il-Kunsill Lokali fil 5.30 pm.

In-Night Walk organizzata mill-Kunsill Lokali tan-Nadur ser tikkonsisti f’ mixja minn ħdejn l-Uffiċċju tal-Kunsill, niġbdu lejn Triq ir-Ramla u nimxu lejn ta’ Xurdin.Inkomplu mexjin lejn l-Għar tal-Mixtla fuq ir-rih tar-Ramla l-Ħamra. Minn hemm nerġghu lura, pero’ minn Wied Bingemma u nispiċċaw mill-ġdid fi Triq ir-Ramla. Minn hawn nimxu sa ta’ Kenuna Restaurant fejn nieklu ikla bnina flimkien .

Kull min jattendi għandu jġib miegħu torċ. Importanti wkoll li min jattendi jiġi b’ilbies adegwat għal filgħaxija u papoċċ tajjeb għall-mixi .

Menu tal-kbar :

Half Chicken, chips & Salad JEW Pizza + ( flixkun ilma/soft drink jew tazza inbid inkluz fil-prezz)

Menu taz-Zghar :

Beef Burger , chips & salad JEW Chicken Nuggets, Chips & Salad JEW Pizza Margherita ( perzut u sausages) + soft drink.

Dawk interesati ghandhom jinkitbu fl-Ufficcju tal-Kunsill .

FacebookTwitterDiggDeliciousStumbleuponGoogle BookmarksRedditLinkedinMixxRSS Feed