NADUR CARNIVAL PRESS RELEASE

IL-FESTI TAL-KARNIVAL FIN-NADUR

Is-serata tal-‘Karnival Organizzat’ ser issir il-Ħadd 23 ta’ Frar 2014 fi Pjazza San Pietru u San Pawl fin-12.30 p.m din l-attivita’ is-sena ser tkun il-ftuħ uffiċjali tal-festi tal-Karnival, li ta’ kull sena jiġu organizzati bi spontanjeta` kbira fin-Nadur. Xejn anqas minn ħames sigħat ta’ divertiment kontinwu ppreżentati minn Joe Demicoli li jinkludu fost l-oħrajn diversi kumpaniji taż-żfin minn Nadur, minn Għawdex u minn Malta, kumpaniji Hilarious, karrijiet, maskeruni, ‘il-Kukkanja’ kemm għat-tfal kif ukoll għal kbar, kif ukoll żewġ baned mistiedna dik ‘Imnarja’ tan-Nadur u dik minn Malta ‘Big Friends Guggen Musik’. Ma’ dawn il-kumpaniji mistiedna, t-Tnejn 4 ta’ Marzu fin-Nadur mir-Renju Unit ser jagħtu wirja ta’ żfin spettakolari numru kbir ta’ żeffiena mill-Karnival famuż ta’ Notting Hill f’Londra. Dan il-group ser ikun il-mistieden speċjali tal-Kunsill Lokali tan-Nadur li matul din iż-żjara fostna dawn iċ-ċittadini mir-Renju Unit ser jingħataw stampa ċara ta’ dak li jsir fil-Karnival ta’ pajjiżna.

Iżda l-Karnival tan-Nadur mhux dan biss. Bejn il-Gimgħa 28 ta’ Frar 2014 u t-Tlieta 5 ta’ Marzu 2014 fin-Nadur jispikka dak tradizzjonali li b’ispontanjita` tiegħu jeħodna lura fiż-żmien u jurina kif fl-imgħoddi l-Karnival kien mezz kif wieħed iwassal il-messaġġ tiegħu permezz tas-satira`. Hawn ta’ minn isemmi li wieħed mill-istazzjonijiet tat-tv lokali din is-sena ser ixxandar b’mod dirett siltiet mill-attivita` li tkun għaddejja waqt dan il-Karnival uniku.

Fl-okkażjoni ta’ dawn il-jiem,il-Kunsill Lokali tan-Nadur filwaqt li jirringrazzja lil kull minn ta’ l-għajnuna tiegħu għas-suċċess ta’ dawn il-festi, jappella lil kulħadd biex waqt il-Karnival ta’ bil-lejl jiġu rrispettati l-liġijiet tal-pajjiż, kif wkoll biex ħadd ma joffendi l-moralita` pubblika. Jappellaw ukoll biex jittiehdu l-prekawzjonjiet kollha biex jiġu evitati inċidenti bla bżonn.

FacebookTwitterDiggDeliciousStumbleuponGoogle BookmarksRedditLinkedinMixxRSS Feed